It-TmiejaTa’ Settembru
It-Tmieja
ta’ Settembru reġa’ magħna.
Parati,
talb u pompa tal-ġurnata,
Bħall-kieku
din fuq l-għadu kienet rebħa,
l-għadu li
ma jidhirx, l-għadu mistoħbi.
Sfilata
qaddisin, tofei u bnadar,
Sabiex il-pass
tal-ħajja wieħed jinsa,
Fil-briju
l-paniġierku u fil-murtali
U fit-trunċieri
l-gwerra tħażeż linja.
Evviva
l-festa, stemmi u pavaljuni,
Ir-rebħa
tagħna taħt das-sema mqadded,
B’risq
it-trijonf fuq dahar l-ikkalpestati
Fuq pedestal
jitbissem is-sarkażmu.
Alfred
Grech
09/09/2025
Comments
Post a Comment