Qaddis tal-Qaddisin.

Kont nista’ mmur nitlob
fit-maqdes tas-silenzji
ta’ ru
ħi—
fejn id-dellijiet jiddendlu flok tapezzerija qadima
u d-dawl jgħaddi bil-mod mill- fissuri tal-memorja.

Fittixt il-kwiet hemmhekk,
għarkubtejjan fuq l-għatba tas-skiet kiesaħ
tal-ġebla minġura,
bit-tama għas-sliem tal-ħemda,
balzmu li jidwi bħal nifs li ma jinħassx.

Imma ġewwa dawk il-ħitan sagri
ma sibt l-ebda ħjiel ta żernieq ieħor,
ħlief is-sħana ta’ dak li  nibża’ minnu—
il-ġamar tas- solitudni inemnem,
id-dija ta’ rimorsi li jiżżerżqu
ma mitbaħ it-tama.

Inżilt għarkubtejja, supplikant,
fil-infern sieket li jġorr ismi—
kull talba tinbidel fi rmiet
qabel tasal fuq ilsieni,
kull tama ħares imqnaqal
fil-fwar li jqajjem
l-infern li ħloqt
fis-santwarju l-iktar sieket ta’ qalbi.

Alfred Grech

13-08-2025

Comments

Popular posts from this blog