Issa Huwa l-Waqt.

 

Issa huwa l-waqt li tidħol ġo qoxortok

Issa huwa l-waqt li tibda tgħix fis-sliem,

Il-waqt li tieqaf bla madwarek tħares,

Ma kull tektika joqrob qed it-tmiem.

 

Issa huwa l-waqt li tħaddan dak li waħxek

Issib muftieħ li jiftaħ għad il-bieb,

Dak li jiswa’ tassew, imbagħad tintebaħ

Mill-bqija kollu biża’ frott il-ħsieb.

 

Issir ħabib il-mewt, minn hemm trid tgħaddi;

U kull tifsir tal-ħajja qiegħed hemm,

Ma jiswa’ xejn li ġġemma jew li tkattar

U tibda tgħix fis-sliem il-bogħod mill-hemm.

 

Imbagħad issib li sebaħ bħal jum ieħor,

U tieqaf hawn ma tmurx ma kull dagħbien,

Dak li l-għajnejn jaraw, l-idejn imissu

Mhuwiex ħlief illużjoni jew qatt ma kien.

 

Alfred Grech.

11/01/2025

Comments

Popular posts from this blog