F’Għeluq Snini.
Għaliex
fejn qiegħed issa mhux imbierek
Kull darba
li tiġini t-tentazzjoni,
Immur infittex
triq li qatt ma mxejtha
Immur infittex
bejta ’l-bogħod minn dari?
Illum li
għadda ż-żmien u dort id-dinja
Ma tantx
għad baqa’ rkejjen fejn nistaħba
Ma tantx
insib għad skuża biex nistejqer
U nerġa’
mmidd riġlejja fi ġnien l-Għeden.
Alfred
Grech
18/01/2025
Comments
Post a Comment