U Issa Lanqas Żmien Biex nerġa’ Lura.
U issa lanqas żmien biex
nerġa’ lura
Ma fadalli; ma baqa’ mkien
fejn nimraħ
Għax issa wkoll ix-xefaq ġa
sparixxa,
Għax issa nżul ix-xema
inbidel fl-għabex.
U jien ma xtaqtx li ż-żmien
għad jiġi
Fejn jixfu l-għajn u l-ħdura
ta’ dal-wileġ,
Iż-żmien fejn lanqas xrar
nar ma tkebbes
In-nar f’deżert ir-ruħ fis-sogħba
tagħha.
Ma xtaqtx li dak iż-żmien
għad jerġa’ jasal
Fejn lanqas biss ma tibqa’
tara timxi,
ix-xhur għaddew bħar riħ li
baqa’ jvenven
u jmewwet kull tbissima jew
tnegħida.
Irrid infittex għami li
jiftaħli
Il-bieb ta’ ġenna oħra f’ħolma
ġdida
Mingħajr ma nħares lura jew
nistenna
l-imgħoddi li f’xi ħin għad
jerġa’ jgħaddi.
Irrid, jekk għad ix-xita
tibda traxxax
Nerħilha tinżel f’art aktar
għammiela
Bit-tama li kull qatra
tnissel warda
U ma jkollux għalfejn
jibdieli jerġa’.
Alfred Grech
08/12/2024.
Comments
Post a Comment