Il-Lejla Qalb Iż-Żiffa Ġejt Infittxek.

 

 

Il-lejla qalb iż-żiffa ġejt infittxek

Fl-ilwien efimerali tal-qawsalla,

Fil-ħolm illi tinsieħ xħin tqum filgħodu,

Mal-ħsibejiet li jroxxu bħad-dulluvju.

 

Il-lejla nibni torri tal-ivorju

Mnejn noqgħod nittantak inti w għaddejja,

Insalpa lejk fuq bastiment tal-karti

F’ċirku vizzjuż ta’ serp idur għal denbu.

 

Ma nafx taqbilx li dak li hemm bejnietna

Hu biża kbir li nispiċċaw weħidna,

U ma nsibux irkabtu kif neħilsu

Minn dan id-dell li jippersisti wrajna.

 

Alfred Grech

04/12/2024 

Comments

Popular posts from this blog