Dis-Sena Wkoll.
Dis-sena wkoll lesta biex
tgħaddi
Taħt il-koppla ta’ nifs
l-għabex
Fil-kurituri iserrpu ma-velu
taċ-ċpar
Ilissinu sigrieti ta’ jiem mhumiex mgħaduda.
Il-kliem jiltwew, jitbewsu ma
xulxin imbagħad jinfirdu
Jintifu mal erwieħ
fil-labirint minsuġ miż-żmien
Biex isiru l-irmied tas snin
l’għaddew.
Kull pass mistoqsija,
Kull liwja motiv
Ifittex dak li qatt ma jista’
jkun.
Int qed tinbidel
L-istess bħall-poeżija.
Dis-sena wkoll taret
mal-għabra
Tal-knis mal-ħina għaddej
Jgħaddi lil kulħadd biż-żmien
Alfred Grech
31.12.2024
Comments
Post a Comment