Biex Ma Taqax Fid-Dwejjaq.

 

Biex ma taqax fid-dwejjaq

Trid toħloq sema ġdid

U tagħmel ta’ bir-ruħek

Li sirt int tal-ħadid.

 

Biex ma taqax fid-dwejjaq

Trid taħrab minn dal-ġenn

U ssir bħal eremita

U tfittex biss il-kenn.

 

Inkella tisker sakra

U tinsa’ li qed tnin

Biex f’daqqa waħda jieqaf

Il-mixi ta’ dal-ħin.

 

Jew tagħmel ta’ bir-ruħek

Li d-dinja teatrin

U int attur mill-aqwa

U aktar mhux miskin.

 

Inkella għix ibd’issa

Taħilx ma ebda ħsieb

Li ġej u għall-imgħoddi

Trid tagħlaq fis il-bieb.

 

Alfred Grech

03/12/2024

Comments

Popular posts from this blog