Għaliex Qed Tistaqsini?
Għaliex qed
tistaqsini
Tweġiba jien
m’għandix?
Xħin l-ajru
jissaħħab
Is-sema m’għandux
tmiem.
Hemm qalbi
tiżżeffen
Fil-wileġ tat-tifkiriet
Fejn xuxtek
iddellel
Ir-riħ li
jrid jeħles
Il-friegħi
tas-siġar
Min-nida.
Għajjiena
l-mixja tiegħi
Fuq ċpar
in-nostalġija.
Tinsiex li
aħna wqajna
Fil-muta x’ħin
ġejna
Biex naqsmu
l-oċean.
Imbagħad inti sparixxejt
U ħallejt
warajk id-diwi.
Tibżax,
jien issa nibda ntir
Mingħajr ma
nrabbi l-ġwieneħ.
Alfred
Grech
14/09/2024.
Comments
Post a Comment