F’Għajnejk.

 

F’Għajnejk ix-xefaq ta’ ħolm imbiegħed

It-tarf tar-realta’ bla tmiem,

It-toroq illi jwasslu għall-eżilju

Id-dell ta’ min ma jażżardax.

 

F’dirgħajk il-waqfa ta’ min għadu jaħseb

U fuq ħaddejk il-ward ta’ Ġnien il-Għeden

Il-qtar tad-dmugħ li għad xi darba jwassal

Fil-bir illi l-imħabba ma jesgħax.

 

Minn din it-triq irridu ngħaddu

Sa mmissu it-torri tal-ivorju

Fejn toqgħod int ixxejjer mill-gardjola

Biex tqawwi l-qalb ta’ pellefrin.

 

Alfred Grech

07/09/2024

Comments

Popular posts from this blog