Ħalliha Ħa Toħroġ Weħidha.
Ħalliha ħa
toħroġ weħidha
Il-karba ta’
min hu maħnuq,
Il-qilla ta’
min qed jintrifes,
Il-għanja
ta’ min hu misruq.
Ħalliha ħa
torħroġ u tidwi
Tal-merħla
bla rgħaj jew mexxej,
l-imbe’ ta’
dal mogħoż li jirromba
destinhu
fuq xifer għaddej;
Tal-kotra
li trid tibqa’ miexja
Bla taf
illi dan ħmar il-lejl,
Bla tħares
u taħseb dwar għada
Fil-beraħ u
l-wisa’ bla kejl.
Li fasslet
li stess bl-għodod tagħha
Li fasslu il-pseudo
għorrief
Li fassslu
u ħolmu dil-ħrafa
Fuq ċattra
bla qlugfħ u moqdief.
Li ħasbu li
dal-gżejjer ċkejkna
Iħaddnu daqshekk
barranin
Mingħajr ma
nitilfu mqar ruħna
U l-bixra t’Għawdxin
u Maltin.
Alfred
Grech
25/09/2024.
Comments
Post a Comment