197.
Kull meta
tqum filgħodu trid ittajjar
Il-ħolm u
l-ħmar il-lejl li fih kont miexi,
Imqar xħin
tmut, bi stil trid tħalli l-ħajja
Għanja
bir-ritornell u bla kuda,
Inkella bħal
kuluri tal-qawsalla.
Għax ħajtek
kollha mhux ħlief tħabbat rasek
Max-xejn,
fix-xejn li lilek qed jisfida
Biex toħloq
logħoba ġdida u b’hekk idderri.
F’għajnejn
il-baħħ trid tħares bi qlubija.
Qlubija!
Dak li jgħodd. Ma jgħodd xejun aktar.
Għax il-qlubija
ssawwar kull tifkira
U tkun
l-isfida r-rahan ta’ ħajja mdaqqsa.
Mill-bqija
m’għandek xejn, arloġġ itektek
U l-baħħ li
qed ittawwal mir-rewwieħa.
Alfred
Grech
21/09/2021
Comments
Post a Comment