Santa Marija
Ħa jdamdmu dawk kull m’hawn, jaħarqu fwiedhom
Bin-nar ikkulurit tal-ġigġifogu
Bid-dmugħ tas-sema nieżel qisu xita’
Jew borra f’nofs ta’ sajf, fl-eqqel t’Awwissu.
Ma tara l-ebda kewkba feġġa għaddejja
U lanqas denb ta’ missili sploduta.
’l-fuq mnejn tista’ tilħaq l-għajn qed jidwi
Tinwieħ il-kukkudrilli bl-għaraq nieżel
U n-nar li jaħraq bosk mingħajr il-ħatab
U l-ħoss tal-ġlied, u l-gwerra li se tfaqqa’
Marija tiela’ s-sema trid teħlisna
Mil-kontra temp taż-żminijiet tal-aħħar
Għaliex tassew tad-dinja wasal l-aħħar.
Alfred Grech
15/08/2024.
Comments
Post a Comment