Nittajjar.

 

Filgħodu nittajjar mal-fewġa

Li tnebbaħ is-sebħ tal-ħolqien;

Xtaq leħen u tlabha, hi tagħtni,

U tqassam in-dawl kullimkien.

 

F’lgħaxija weħida ġiet l-għanja

U mbagħad kollox reġa’ għal li mkien

Jitwal beda d-dell ta’ kull għolja

Bis-seħer ta’ qamar fiddien.

 

Għawnhekk tista’ taqbad xi ħolma

Bil-kopp jew xi ħuta tal-qiegħ

Kull nifs ta’ bla lewn hekk jintradam

Mal-fewħa li għeret għalih.

 

Maż-żiffa li tħokk mal-kampnari

Li tgħannaq il-ġnub tat-tfajliet

Awwisti li jgħomu f’akwarju

Taħt xemx li qed taqli qatigħ.

 

Alfred Grech.

06/08/2024

Comments

Popular posts from this blog