Levita

 

Tisfen ir-rimi sataniċi

Bħal iblaħ ma tafx għaliex

Itterraq id-dlam ta’ nofs ta’ lejl

Mal-arbli tal-bnadar milwija.

 

Imqar jekk pinġejt mal-ħajt

ix-xiwi ta’ qaddis fuq gradilja

il-ħolm li ħlomt baqa’ mxajtan

bħar-ritmi tal-ħsejjes lli smajt.

 

Qalu ser nagħmlu disco

Imqar jekk ħadd ma jiżfen

l-aqwa li nżommu n-nies imqajma

għax il-festa tiġi biss

darba fis-sens.

 

Alfred Grech

11/08/2024

 

Comments

Popular posts from this blog