Jintefa’ D-Dawl.

 

Jintefa d-dawl

U dil-kummiedja qatt ma kienet

Għax mhemm imkien fejn seta’ jiġi mnaqqax

Dal-kopjun u dax-xenarju.

 

Qed nikteb għanja ġdida

Fuq ritmi li ma nafx

Inbieħ il-kelb

Tinwieħ ir-riħ ivenven.

Xħin tmut ix-xemx ma tisbaħ ebda għodwa

U kull suġġeritur

Jinħeba wara l-kwinti.

 

Ifehem għaliex  jien ngħożżhom wisq

l-aħħar xrar ta’ dil ġurnata

Il-friefet tilfu l-lewn u tilfu l-ħeffa

Ġo ġnien li ma jħaddarx

Lanqas ma jwarrad.

Dan ġiri wara r-riħ fuq dahar xi sħaba

Bużżieqa li tintefaħ u tinfaqa’

 

Alfred Grech

29/08/2024

Comments

Popular posts from this blog