Ejja Ħa Nkomplu Ninsġu

 

Ejja ħa nkomplu ninsġu

Għax aħna biss bnedmin,

In-newl iwieżen lilna,

Insiħ il-pjan divin.

 

Ejja ħa nkomplu ninsġu

Ħa nsibu s-sens fl-insiġ,

Insieħ mil-kwadru kollu

Imżewwaq b’kull kastig.

 

Għax jien ridt inkun jiena

U lewni bħaż-żernieq,

Tar-rużinjol il-leħen

U qalbi fit-twettiq.

 

Alfred Grech

01/08/2024

Comments

Popular posts from this blog