Dan Madmad Ġdid.

 

Mhemm xejn sabiħ u għażiż fil-ġrajja tiegħek,

Int ċkejkna kont u ċkejkna bqajt: dak sehemek.

Il-barranin li ġew saffewlek demmek,

U xħin għasruk irmewk bħall frotta mqadda.

 

Mhemm xejn li lili jista’ jagħmel kburi

F’għemilek, fil-ħiliet, fli tista’ toffri;

Għalkemm imkabbra ’l-barra mix-xtut tiegħek

Tintebaħ kemm int ċkejkna, O Malta tiegħi.

 

Għamilna passi kbar xħin sirna ħielsa

Mil-madmad tal-barrani u mbagħad irqadna,

Biex żmien bi żmien ħallejna lill-ħajjiena

Jixtruna jew bi flushom ijassruna.

 

Mhux tal-Qawwiet il-Kbar jew tal-furbani:

Dan madmad ġdid tal-ispekulaturi.

 

Alfred Grech

05/08/2024.

Comments

Popular posts from this blog