Tkun.

 

Tkun vjaġġaatur

Li tara biss

l-eqreb quċċata.


Tkun ġugarell

Li wara ftit taż-żmien

Tixba’ minnu.

 

Tkun vettura fit-triq

Wara ftit tas-snin

Issir ma tiswa’ xejn

Titlef il-biċċiet

Int u miexi.

 

Tkun għasfur fil-gaġġa

Li ssaħħar bl-għana tiegħek

Għax lanqas taf xi jfisser

Ħelsien.

 

Tkun ħolqien ieħor

Li tikber u twarrad fi ġnien il-ħajja

U bħal kull werqa li taqa’ minn ġos-siġra

Tinkines mal-oħrajn.

 

Afred Grech

09/06/2024

Comments

Popular posts from this blog