Kuntrattur.

 

I.

Iħares lejn il-krejnijiet

U flusu jsiru rmied diġitali

Filwaqt li l-grattaċjeli

Jixxenglu mal-irwiefen tal-istorja.

 

II.

Iħaffer kemm iħaffer

Issa sar bugħaddas

Iduq il-melħ tat-trab

U d-dlam tal-umdita’.

 

III.

Imqar il-qtugħ tan-nifs

Ir-riħa tal-konkos

U l-kubrit ta’ fuq l-għajnejn

Inessuħ is-sider bajdan

Tan-nisa’ Maltin.

 

IV.

Biżżejjed jieqaf darba

U jaħseb għal ftit ħin

Il-kwiekeb f’għajnejħ jgħumu

U l-wileġ kollu nwar.

 

V.

Iħares l-isfel mill-qċaċet tal-kampnari

Ma jafx jekk hux iċ-ċokon

Inkella l-kobor ta’ dak li jħoss ġo fiħ

Li qed iwieżnu.

 

Alfred Grech

19/06/2024.

Comments

Popular posts from this blog