Eżistenza.

 

Ix-xewk tas-sogħba jniggeż

Bħal weraq niexef tal-ħarifa

Fil-ħofra ħorrox  borrox

Jaqgħu  t-tamiet

Tas-skiet imniġġes.

 

Il-ħsibijiet jitkaxkru

Taħt id-dellijiet tas-siġar

Xintilla tista’ tkebbes żernieq ieħor

Li jroxx id-dwejjaq tiegħu

Fuq il-bejt tal-għarix.

 

Alfred Grech

21/06/2024.

Comments

Popular posts from this blog