Matutin.
Kull
filgħodu tiġi ssejjaħli
Bħall-mewt
liebsa l-barnuża
Fuq liżar
imtaqqal bid-dwejjaq
U tistaqsini:
x’ser tagħmel
F’din l-għodwa
li għada kemm stenbħet?
Hemm għan
li għallih inti msejjaħ
Hemm fruntiera
li għadek trid taqsam
Hemm baħar
li fih għad trid togħdos
Hemm sema
iħares fuq jum ieħor
Jum ieħor
pjuttost bħall-oħrajn.
Jien niġi
naqra f’għajnejk
Ir-rfless
tiegħi
U nitolbok
taqrali xortija
Fil-faldi
tal-ġilda ta’ wiċċi
Fit-tikmix
ta’ jdejja maħmuġa
Bit-tajn li
fih issawwart
U minnu
għaddejt.
Jien niġi
għandek
Biex naqra
fil-fanali t’għajnejk
Liem’hija
t-triq li minnha rrid ngħaddi.
Alfred
Grech
18/04/2024
Comments
Post a Comment