Lil Ommi.
Baħar kien
hemm
Iżd’issa
nixef;
Sema ieħor
Li issa
ddallam.
Kien hemm
nar
Li issa
ntefa’.
Ħolma ma
kienetx
Għax jiena
għextha.
X’isir
mill-ġrajja
Li ma
tinkitibx?
Ħolma ma
kienetx
Għax jiena
għextha;
Int kont
fit-tarf ta’ sqaq
Qed tistennieni,
Kont f’tarf
it-triq
Qed titbissimli.
Ħolma ma
kienetx
Għax jiena
għextha . . .
Tat-twerwir
Iż-żmien li
jibqa’ għaddej.
Alfred
Grech
08/04/2024
Comments
Post a Comment