Jekk Immut*
Jekk immut
Ħallu t-tieqa
ta’ kamarti miftuħa
Ħa nisma’
t-tperpir tal-ġwieneħ tal-għasafar
U t-tpespis
tal-frieħ li għadom qed ifaqqsu
Ħa nxomm
ir-riħa tal-ħamrija
Hekk kif
tkun għamlet ħalba xita
Ħa nibda
noħlom u nara ’l-din l-art tagħna fis-sebħ tagħha
Mingħajr il-gru,
mingħar il-konkos, mingħajr ir-rassa
Mhix aktar
fgata bit-traffiku
U mingħar
il-frott tal-affluwenza.
Jekk immut
Ħallu t-tieqa
ta’ kamarti miftuħa
Alfred Grech
21/04/2024
*B’apoliġija
lil Fredrico Garcia Lorca
Comments
Post a Comment