Il-Merħla Lluppjata.
Illuppjati dawn il-mogħoż
Għax ħadd ma jaħseb b’moħħu
Jisfida l-ikħal tas-smewwiet
Il-gru mingħajr għajnejn
U dawk il-ħnieżer li jilgħaqu l-art
Issa saru ndaqs aktar minn ħaddieħor.
La taħsibx li se tgħaddi minn hawn
Issa triq saret tagħna
La taħsibx li se tinfed għal xi mkien
It-toroq imblukkati.
Triq tqum min kmieni filgħodu
Biex għad xi darba tasal
Trid tibqa’ tard bil-lejl
Biex ma jkunx hemm xi jfixkel.
Kulħadd taraħ jikkopja
Lanqas li kien xi eżami
Merħla ffissata u aljenata
Ma tafx ser taqbad tagħmel.
Lanqas fejn tidfen mhu ser jibqa’
Nimlew il-krematorju
Għax issa bdejna nibdlu
Muniti elettroniċi
U nirgħu fuq l-ambrożja virtwali
Għax l-allat waqgħu minn fuq olimpu
U nfaħnielhom fuq il-muntanja
Tal-assurdita’
Fl-ingranaġġ tas-suq iseddaq
Għax kollox sar jiswa’ l-flus.
Alfred Grech
20/04/2024
Comments
Post a Comment