Il-Biki Tas-Sireni.

 

Il-biki tas-sireni ma qatax

Għax il-mixi hu mblukkat

Min serbut nemel

Mhemmx għalfejn nilħqu l-miljun*

Għax il-merħla tan-nagħġ fgata

U l-ilpup u x-xakalli għamlu ħerba.

 

Il-biki tas-sireni ma qatax

U dawk tal-kuruna tar-rand

Bħal sufri jgħumu fil-wiċċ

Telgħin u niżlin ma kull mewġa

Iżda qatt ma jegħrequ.

 

Il-biki tas-sireni ma qatax

Il-majjali dejjem jeħxienu

U aħna tas-sotterran tal-indiema

Nibku x-xemx ta’ filgħodu

Nibku l-kwiekeb li ma narawx.

 

Alfred Grech

19/04/2024.

 

*Ingħad minn kemm il-fonti li biex ikollna ekonomija sostenibbli il-popolazzjoni ta’ Malta trid tiżdied għal Miljun ruħ. Fis 27 ta’ Marzu 2019 il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat kien irrappurtat li qal  biex ikollna metro f’dal-pajjiz bħala soluzzjoni tal-problema tat-traffikiku l-popolazzjoni ta’ Malta trid tiżdied. Sistema bħal dik tista’ ssir biss bit-taxxi li jżdiedu b’kemm tiżdied il-popolazzjoni.

Comments

Popular posts from this blog