Għid Il-Kbir II
Dan mhuwiex
Għid il-Kbir li nafu aħna,
Jirxoxta għalxejn
is-salvatur tad-dinja,
Għax paċi m’hawnx
u qatt mhu se ġib mieghu,
Jew paċi
tkun tal-boloħ li joħolmu
U mhux ta’
min iwiżen l-armamenti.
Qabel kont
nissaport t-tfiegħ tal-bombi,
Illum sibt
li ttarraxt u ma rridx nisma’.
Qabel inħossu
kont l-uġigħ tal-martri
Li jmutu
mirdumin: illum inermi;
U kont
inħoss għal min pajjiżu jħalli,
Stuprati n-nisa,
tfal li sfaw weħidom
Jew mitlufin
għax ħadd ma mar ġabarhom.
Illum sirt
lanqas biss ma jimpurtani
Jekk naf li
l-ħafna eluf ġew massakrati.
Kont aktar
lest li nagħlaq ftit għajnejja
Għal min bis-saħħa
jridha tgħaddi tiegħu.
Illum m’għadnix,
għax dakinhar kont nemmen
Li n-nies
tad-dinja tgħamlu darba’ għal dejjem
Mill-qirda
u t-tbatija tal-konflitti
U ħalfu li
l-istorja mhux se jtennu.
Iżda
żbaljajt; erġajna morna lura.
U fhimt
aħjar li kienu jgħidu dari:
Jekk inti
tri il-paġi arma għall-gwerra.
Alfred
Grech
13/03/2024
Comments
Post a Comment