Efimeru

 

Ma jiswa’ xejn daż-żmien li qatt ma jgħaddi,

Ma jiswa’ xejn daż-żmien fejn lanqas nafu

Fejn aħna, fejn sejrin u għax qed inħaffu.

Għax fl-infinit mhemmx ħin u lanqas spazju.

U din mhix għajr frak’oħra illi tgerrem

Is-susa sa ma tasal sat-tarf l-ieħor.

U sħansitra ntbaħna illi l-globu

Minn ġewwa kien battal u kien jirbombja

Għalhekk nitħasbu bdejna kienx mistħajjel

Dak kollu li naraw u li fih nemmnu.

Li  kieku kien tiżjin kien ikun eħfef

Bħal meta xxidd l-imsielet biex tiddandan.

 

Alfred Grech.

01/03/2024.

Comments

Popular posts from this blog