Hemm Toqba.
Hemm toqba
rrid nimliha
Hemm baħħ
għal ftit taż-żmien,
Fejn lanqas
tibqa’ taħseb
Fejn kollox
għal li kien.
Kull xħin
inqum filgħodu
U nieqaf ma
naħsibx
Insib li
dal-waqt wieħed
Jien bħalu żgur
ma nsibx.
Għax mhemmx
iż-żmien li jgħaddi,
Immiss l-eternita’,
Waqt wieħed
fejn inħossni
Mingħajr
identita’
Tal-jien li
dejjem joħloq
Karattri f’teatrin,
Tal-moħħ
lil ma jafx jieqaf
U jċedi
għal ftit ħin.
Alfred
Grech
29/02/2024.
Comments
Post a Comment