Ġejna Hawn.

 

Ġo din l-għadira baxxa ġejna ngħumu

Inħokku ma xulxin bla ma nitkellmu

Jew lejn xulxin inħarsu biex nistiednu

Lil kull min mhux milqugħ bi ħbiberija.

U nċafċfu u nibqgħu naqdfu xorta waħda

Bħalkieku rridu naslu n-naħħa l-oħra.

 

Pellegrinaġġi vojta ġejna nimxu

Biex b’hekk xi darba npattu għal dnubietna

Inkella maħfra niksbu għal dak kollu

Li jżommna ankrati mal-iħirsa tagħna.

 

Ġejna hawn fuq dil-quċċata biex noħolmu

Li għad id-dinja nbiddlu nkella nibnu

Kastelli fl-arja u fuq is-sħab jitmattar

U nħarsu l-isfel fuq xi serbut nemel

Biex inħossuna b’hekk is-superjuri.

 

Ġejna hawn bla nafu kif, bla ma staqsewna,

Bla ma qalulna għalfejn, biex daħku bina.

 

Alfred Grech.

01.12.2023.

Comments

Popular posts from this blog