Efimeru.
Jitbennen
fuq ix-xefaq
Bejn nifs u
ieħor
Fil-ħajta
taż-żernieq
Il-waqt li
ma tpinġieħx.
Jiżżerżaq bejn
idejn qisu ponn ramel
Xrara tad-deheb
fl-irkiekel tal-imgħoddi.
Jifrixlek dak
lli ġej
Qasir wisq għall-arloġġi.
Itqal għal dak
li qed jistenna;
Lilhinn mid-dellijiet
tal-għada
Li jsiru
aktar ċari
Fid-dija ta’
dawl tax-xemx.
Il-bieb
imbexxaq
Mhux għal
wegħediet li jwiegħed
Iżda għall-dak
li tista’ tilmaħ
Fejn il-qalb
diġa’ qed timraħ.
Ħallieħ ħa
jitlaq, jien issa doqtu
Għaddieni kemm
trid iżda tiegħi
Minqux fis-skiet
ta’ dan il-waqt
Li jibqa’ jidwi.
Alfred
Grech
22-02-2026
Comments
Post a Comment