Kull Meta.
Kull meta
nibda naħseb illi qiegħed
Lejn xifer
id-dagħbien ftit ftit qed noqrob,
Inħossni qiegħed
niżloq maż-żurżieqa
Li twassal
għat-telfien u mhemmx xi jżommni,
Nixtieq li
nerġa’ lura fuq il-passi
Li kont
imxejt, l-arloġġ idur bil-kontra,
Biex niġbor
dak li tlift matul il-mixja,
Rubini mferrxa,
ħlewwiet li stajt intigħem;
Nixtieq li
l-ħajja terġa’ għall-li kienet
Bħal xeneġġjat
li jġedded kull tifkira,
U ma naħsibx
li għad xi darba jasal
It-tmiem; bħal
min jridx iħabbel rasu.
Alfred Grech.
03/12/2025
Comments
Post a Comment