Ħalliha.
Ħalliha din
ix-xewqa li trid taħkem
U tieħu
taħt idejk dak li mhux tiegħek,
Ħalliha li
trid tkun eroj kull darba
Konkwistatur
tal-ħolm u l-bżieżaq fl-arja.
Dawk huma
bżieżaq fl-aja li jinfaqgħu,
Xbihat, bnedmin
jikrieħu jew jixjieħu,
Triqat li
minnhpm ġa għaddejt u drajthom
U taf xi
tħoss xħin tgħaddi s-sensazzjoni.
Daqlwaqt ma
jibqa’ xejn għajr it-tifkira
Tal-ors, ta’
dan il-ġiri dis-sbuħija
Dal-paradoss
ta’ ħajja efimerali
U xejn li
ma jidhirx għajr dak li jidher.
Alfred
Grech
18/12/2024
Comments
Post a Comment