Lamentela.
Fittixt rokna
fejn nistken
Iżda
bħan-nemel
Dil-purċissjoni
ma twassal
Għal imkien.
Din hija
xtajta li fuqha
Jitfarku l-wegħediet.
Il-wileġ li
ma baqgħalu xejn x’joffri,
l-agħasafar
tal-priża ħatfu kollox.
Għaddejt minn
kull tiġrib
Bla ma
ħassejtu
U għolejt ’l-fuq
mis-sħab
Biex nista’
nara kollox
U għalhekk
bla dispjaċir
Ngħidilkom:
Saħħa.
Alfred
Grech
24/08/2024
Comments
Post a Comment