195.
Imqar jekk
din mhi xejn għajr ologramma,
Duħħan u
ċpar li jgħib fl-abbissi tiegħu,
Iħalli sens
li nqajt mill-art, qed togħla
’L-fuq , il-fuq
mill-qċaċet li jordmuna
’l-barra
minn dal-ħabs fejn tkun tiskonta
Sentenza li
ngħatat xħin kont assenti,
Sentenza li
tingħadd biż-żmien li jgerrem
Bil-mod
il-mod dal-ġisem vulnerabbli.
Intennu ta’
kull darba l-litanija
Bit-tama li
xi darba għad nintebħu
X’hemm wara
dak il-għamad li qed jaħbi
Ix-xewqa ta’
kull wieħed bla jintebaħ
li għad xi
darba nqumu b’għafien akbar
Li din
xejn. Din kienet ħolma oħra.
Alfred
Grech
20/08/2024.
Comments
Post a Comment