194.
Ma nafx jekk terġa’
tiġI ngħannqekx miegħi,
Inkella nħossx il-kejl
tal-bogħod bejnietna,
Inkella nsibx li qdiemet
din ix-xitwa
Ġo friex li ma jsaħħanx
dil-qalb marida.
Ma nafx jekk
il-kanċell jerġgħax jinfetaħ
Inkella noqgħod f’tarf
is-sqaq innemmes
Bit-tama illi
t-tajr għad jerġa’ jqassi
U ninsa’ l-mil li
mxejna bla ma ltqajna;
Jekk ninżel ngħum
għadx nista’ nerġa’ nitla’
Ir-raġel ġdid li
taħseb li qed tara,
Inkella xi farfett Ii
nesa’ n-namra
Fuq warda li
mal-għabex mejlet rasha.
Hemmhekk u f’dak
il-waqt pinġini anġlu
Biex nista’ jien
ukoll inrabbli l-ġwienaħ
Alfred Grech.
18/08/2024.
Comments
Post a Comment