188.
Fil-beraħ t’univers
li jien nistħajjel
Bħal xmara
li ssib triqtha lejn il-baħar
Lilhinn mix-xtut
tal-art li tibqa’ għatxana
Stajt nimraħ
fir-triqat li bqajt niftakar
U hemm
fis-skiet ta’ wied li jserrep
Stajt nerġa’
nilmaħ x’kien li ġiegħlni nikber
Stajt nilmaħ
tarf it-tmiem li qatt ma jasal
Stajt nirbaħ
il-ġlidiet li moħħi ħoloq
Stajt nilmaħ
ftit tad-dawl fit-tarf tat-trejqa
U nħares
fiss f’għajnejk min għajr ma nistħi.
Il-ħajja
tkompli għaddejja jiġri x’xjiġri
Iżd’issa
l-ġnien tal-Għeden fejn iħaddru
Il-weraq
tal-imħabba li tistenna
Esproprijat
u floku ndena torri.
Alfred
Grech
21/02/2024.
Comments
Post a Comment