Ġamar.

 

U issa int ukoll waqaft tfesfili

U trawwem ġewwa moħħi elf mitt ħolma

Tqajjimni minn-ngħas ħelu u tirxuxtani

Mill-mewt li tiħi kmieni fl-apatija.

Int ukoll m’ għadekx tkebbes il-ħuġġieġa

Bix-xrara efimeru għaddieni

U tħalli minn fejn tgħaddi u ħadd ma jobsor

Ir-rima tal-inċens li dejjem jikxef

Fejn qiegħed id-divin.

                               Hawnhekk jien nibqa’

Biex nagħmel li kont nagħmel u nistagħdar

Fl-għadira ta’ dak kollu illi tobsor

U dak li hu bla ostru.

                           Hawnhekk nibqa’

Qaddej fidil fir-radda tal-imgħoddi

Nistenna li xi darba għad lili tmissni.

 

Alfred Grech

28/11/2023


Comments